Vjolenza domestika – Bzonn ta’ emendi fil-ligi ghal iktar protezzjoni tal-vittmi
(26-01-10)

Il-Partit Laburista jinghaqad mal-Kummissjoni Kontra l-Vjolenza domestika dwar it-thassib taghha fir-rigward ta’ kazijiet ta’ vjolenza domestika li jibqghu mohbija.

Il-fatt li ghandna hafna kazijiet mohbija jxekkilna milli jkollna stampa cara u shiha tas-sitwazzjoni reali f’pajjizna. Huwa fatt li l-kazijiet rappurtati ta’ vjolenza domestika qed jizdiedu izda hemm bzonn ta’ dan l-istudju biex naraw kemm hemm ohrajn mhux qed jirrapurtaw u ghaliex.


Il-PL jappella sabiex f’dan il-qasam, ma niqfux biss fuq dan l-istudju imma hemm bzonn ta’ emendi fil-ligi biex insahhu l-ordnijiet ta’ protezzjoni tal-vittmi u biex l-ligi li ghandna in vigore tigi infurzata specjalment fejn tidhol l-urgenza ghaliex dawn il-kazijiet li suppost qed jitressqu l-qorti b’urgenza sfortunatament hafna minnhom jithallew sakemm imisshom mas-seduti l-ohra.

Biex il-vittmi tal-vjolenza jaghmlu kuragg u johorgu mis-sitwazzjoni li jkunu fiha, hemm bzonn li jkollhom rashom mistrieha li jekk jitkellmu l-gustizzja ha ssir ma min ghamlilhom tant u tant hsara fizika, psikologika u emozzjonali.

Min-naha taghna nesprimu s-solidarjeta taghna mal-vittmi kollha tal-vjolenza domestika u nappellaw biex jaghmlu kuragg u jqumu kontra min qed jabbuza minnhom go darhom stess.


Justyne Caruana
Kelliem Ghall-Familja u l-Ugwaljanza

© 2009 - Justyne Caruana