


Isem: Justyne Caruana,
Membru Parlamentari fuq it-13-il distrett ghall-elezzjoni Generali fi hdan il-Partit Laburista;
Indirizz: 'Sea Pearl', Triq l-Ewropa, Rabat, Ghawdex, VCT 111
Ufficji: Tnejn mil-5:00pm sa 7:00pm: 28, Saint Catherine Street, Xewkija, Ghawdex.
Hamis mil-5.00pm il-quddiem: 28, Saint Catherine Street, Xewkija, Ghawdex.
Gimgha mis-6.00pm sa 7:30pm: Saint Margaret Flats, Triq Pisoniano, Sannat, Ghawdex.
Sibt mid-9.00am sal-10:30am: 7, Triq San Blas, Nadur, Ghawdex.
Numri tat-telefon: Dar: 21553874, 21552562
Mobile: 99440470
Fax: 21552562
E-mail: justyne@global.net.mt jew justyne.caruana@gov.mt
Kwalifiki: BA Legal & Humanistic Studies (Italian)
Diploma Nutar Publiku
Avukat
Avukat fit-Tribunal Ekklesjastiku Melitensi
CV:
Dr Justyne Caruana BA LL.D ATEM MP
Twelidt Pieta` Malta l-1974 u zzewgt lil Silvio Valletta fl-2003.
Fil-15 ta' Frar 2008 twieldet binti Josephine.
Gradwajt mill-Universita` ta’ Malta fil-Bacellerat fil-Ligi u Studji Umanistici (Taljan) fl-1996. Hadt id-Diploma ta’ Nutar Pubbliku fl-1997 u mbaghad fl-1999 gradwajt bhala Avukat kif ukoll fl-istess sena hadt diploma fil-Ligi Kanonika u gurisprudenza biex inkun nista` nipprattika quddiem it-Tribunal Ekklesjastiku.
L-interess fil-politika beda minn kmieni hafna u ta’ erbatax-il sena kont dhalt bhala membru fil-Kumitat taz-Zghazagh Laburisti ta’ Ghawdex. Fuq livell distrettwali kont attiva hafna anke fil-process elettorali u organizzazzjoni ta’ attivitajiet. Okkupajt il-kariga ta’ Vici Presideni tal-Forum Zghazagh Laburisti Ghawdex u kont l-avukat tal-Kumitat Distretwali ta’ Ghawdex. Fl-2002 gejt maghzula membru tal-Kummissjoni mwaqqfa minn Dr Sant dwar Standards u Etika fit-tmexxija Pubblika.
Ikkontestajt l-elezzjoni generali mal-Partit Laburista ta’ l-2003 fuq id-distrett ta’ Ghawdex u gejt eletta bhala l-ewwel membru parlamentari mara Ghawdxija tal-Partit Laburista. Ergajt gejt eletta fl-2008.
Gejt mahtura Kelliema ghaz-Zghazagh, Sports u Kultura u kont inkarigata mit-tfassil tal-politika pjan ghall-bidu gdid dwar iz-Zghazagh, Kultura u Sport tal-Partit Laburista.
Attendejt diversi konferenzi barra minn Malta bhala rappresentant ta’ l-Opposizzjoni Laburista u anke bhala rappresentant tar-Repubblika ta’ Malta
Settembru 2003 - ‘Ratification of the European Treaty’ - Ungerija
Ottubru 2003 - ‘Women and conflict in the Middle East ’ - Gordan
Jannar 2005 – ‘Young leaders of the European Union ‘ Berlin – Cultural Year 2005’ - Berlin.
Marzu 2005 - ‘La Réunion des Parlements des Petits Etats d'Europe’ - Monaco.
Ottubru 2005 - CPA ‘Networking for Development’ - Malta.
Novembru 2006 – CPA ‘ Gender Issues’ – Londra.
Marzu 2007 – Konferenza PAM - Geneve.
Mahtura membru tad-delegazzjoni Maltija ghall-Assembleja Parlamentari tal-Mediterran kif ukoll nokkupa l-kariga ta’ Chairperson tad-drafting committee tal-kumitat dwar id-drittijiet umani ta’ l-istess Assembleja. Mahtura co-rapporteur ghall-istess kumitat.
Mahtura bhala membru ta’ l-Opposizzjoni fil-Friendship Committee mat-Tunisija.
Gejt nominata mill-Kummissjoni Nazzjonali ghall-Promozzjoni ta’ l-Ugwaljanza ghall-premju Outstanding Youth of the Year 2005 Award organizzata mill- Junior Chamber International.
F’Dicembru 2006 iffurmajt parti mid-delegazzjoni tal-Partit Laburista mmexxija minn Dr Alfred Sant ghall-Konferenza tal-PSE f’Porto, Portugal fejn indirizzajt lill-Kumitat tar-Regjuni.
Nikkontribwixxi regolarment fuq il-Maltastar.com u l-Orizzont.