|
|
||||
|
Mistoqsija Supplimentari lil Ministru tas-Sahha - 15/05/06 |
||||
|
MR SPEAKER: L-Onor. Justyne Caruana, mistoqsija supplimentari. ONOR. JUSTYNE CARUANA : Peress illi l-isptar t’Għawdex m’huwiex poliklinika u meta nafu wkoll li l-Għawdxin qed ikollhom imorru Malta minħabba li l-isptar ġenerali hu nieqes minn ċertu makkinarju, x'inhi r-raġuni li l-Għawdxin m'humiex qed jingħataw preċedenza kif kienu jingħataw qabel fl-out-patients department ta' l-isptar San Luqa? MR SPEAKER: Il-Ministru. ONOR. LOUIS DEGUARA: Fil-fatt hemm żewġ raġunijiet għala pazjenti Għawdxin m'għadhomx jingħataw preċedenza fuq pazjenti Maltin. Illum it-trips tal-Gozo Channel bejn Malta u Għawdex qed ikunu aktar frekwenti - għalhekk ukoll li ħaddiema Għawdxin li jiġu jaħdmu Malta m'għadhomx jitilqu siegħa qabel il-ħin normali tax-xogħol - u barra minn hekk, fl-out-patients department bdiet sistema fejn pazjent jingħata appuntament bil-ħin biex jiġi eżaminat. Dan kollu juri li jekk wieħed jippjana l-viżita tiegħu fl-out-patients m’għandux ikun hemm preferenza bejn pazjent u ieħor, anke għaliex persuna minn Malta tista' tkun f'sitwazzjoni iżjed urġenti minn pazjent li jkun ġej minn Għawdex. Naturalment hawnhekk qegħdin nitkellmu fuq cold cases, mhux operazzjonijiet. ONOR. JUSTYNE CARUANA : Sur President, din m'hijiex kwestjoni jekk każ li jinvolvi pazjent Malti huwiex urġenti iktar minn każ li jinvolvi pazjent Għawdxi, imma pjuttost kwestjoni ta’ inkonvenjent għax l-Għawdxin qed ikollhom joqogħdu jinżlu Malta . Barra minn hekk, il-pazjenti Għawdxin mhux kollha għandhom priority boarding bħalma għandna aħna u allura hemm ċertu inkonvenjent kemm ta’ ħin, ta’ queueing u affarijiet oħrajn. In vista ta’ dan, ma jaħsibx il-Ministru li għandha tibqa' tingħata l-preċedenza li kienet tingħata qabel lill-Għawdxin? MR SPEAKER: Il-Ministru. ONOR. LOUIS DEGUARA: Ma naħsibx u għar-raġunijiet li semmejt. L-appuntamenti ta' l-out-patients ikunu bejn it-7.45 a.m. u s-1.00 p.m. u allura li tiġi tgħidli li persuna ssibha diffiċli biex tiġi minn Għawdex f'dawn il-ħinijiet, ma tantx naraha kredibbli.
ONOR. JUSTYNE CARUANA : Ma jarax il-Ministru li hawn għandna eżempju ċar ta’ kemm qed ibatu ċerti nies minn dan l-inkonvenjent, meta qabel kien hemm il-preċedenza u llum tneħħiet? X’diffikulta’ hemm li lill-Għawdxin nagħtuhom appuntament first thing in the morning? MR SPEAKER: Il-Ministru. ONOR. LOUIS DEGUARA: Dik il-preċedenza qabel kienet tingħata għax it-trips bejn Malta u Għawdex ma kenux frekwenti. Barra minn hekk qabel ma kienx hemm sistema ta' appuntamenti bil-ħin. Illum dawn iż-żewġ problemi ġew sorvolati, Sur President. Illum għandek ukoll ċerti affarijiet partikolari għall-isptar fejn wieħed jista' jinqeda bil-karta anzjan f’numru ta’ uffiċini tal-gvern. Issa fl-out-patients ma tistax tinqeda permezz ta' din il-karta għas-sempliċi raġuni li kulħadd ikun qiegħed fl-istess ilma.
|
||||
|
©
2007 - Justyne Caruana
|